Mat-tokki ta’ nofsinhar, kif isir is-soltu, il-ħaddiema li jilbsu ta’ suldati sparaw il-kanun li jinsab fil-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta.

Iżda żgur li ma setgħax isalva l-ħamiema li kienet għaddejja hekk kif ta dahru lejn il-baħar u ta s-sinjal biex jispara l-kanun.

Fil-filmat wieħed jista’ jara kif il-ħamiema taret man-nar u spiċċat f’ħafna biċċiet bin-nies li nġabru jaraw l-isparatura ta’ nofsinhar raw biss ir-rix.

Il-filmat ta’ dawn iż-żewġ sekondi, deher fuq is-sit Reddit u sa issa għandu aktar minn 55,000 like.