Inter Milan ħejjew ruħhom għal-logħba tal-UEFA Champions League kontra Barcelona billi għelbu lil Genoa ġewwa San Siro.

Roberto Gagliardini poġġa lil Inter fil-vantaġġ wara 14-il minuta qabel Matteo Politano skurja t-tieni gowl żewġ minuti wara. Gagliardini skurja gowl ieħor fil-bidu tat-tieni taqsima wara li Radu kien laqa’ t-tentattiv ta’ Ivan Perisic. Din kienet l-ewwel dopjetta għall-midfielder Taljan f’69 logħba fis-Serie A.

Joao Mario u Radja Naingollan, li kien ilu ma jilgħab mat-tim ta’ Inter mid-derby kontra AC Milan, skurjaw gowl kull wieħed fil-ħin miżjud hekk kif l-iskwadra ta’ Luciano Spalletti kisbet is-seba’ rebħa konsekuttiva tagħha fis-Serie A.