Il-programm Newsline tas-Sibt 3 ta’ Novembru 2018 jiddiskuti d-diskorsi tal-Baġit tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni li saru aktar kmieni din il-ġimgħa u li qanqlu ħafna reazzjonijiet dwar l-istil u t-tattiċi li ntużaw.

Fl-istudjo nitkellmu ma’ Cyrus Engerer u Peter Agius, il-kandidati għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista rispettivament.

Newsline jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fid-9am. Preżentazzjoni ta’ Sylvana Debono