L-eks attakkant ta’ Arsenal u Wolfsburg ingħata sentenza ta’ 50 jum ħabs talli attakka xufier tat-taxi. Il-plejer internazzjonali Daniż ta’ 30 sena, li lagħab ukoll ma’ Sunderland, Birmingham City u Juventus, iddeċieda li jappella s-sentenza iżda xorta waħda mistenni jħallas kumpens ta’ £1,000 lis-sewwieq.

Fuq vidjo tas-sorveljanza li ntwera fil-qorti, Bendtner deher jagħti daqqa f’wiċċ ix-xufier tat-taxi wara li naqas milli jħallas in-nol. Il-plejer ta’ Rosenborg ppubblika apoloġija ftit tal-jiem wara:

“Nixtieq ngħid lill-partitarji kollha ta’ Rosenborg li jiddispjaċini b’qalbi kollha li ninsab hawn illum. Qatt ma kont ġellied imma nipproteġi lil dawk li nħobb ġewwa u barra l-grawnd.”