Michelle Roach flimkien ma' żewġha George wara t-twelid ta' McKenzie-Lee

Mara li kienet għadha kemm saret omm għall-ewwel darba intbagħtet id-dar wara li t-tabib qalilha li sofriet biss minn attakk ta’ paniku jew anzjeta u bgħatha d-dar 48 siegħa biss qabel mietet.

Michelle Roache mietet l-isptar fl-Ingilterra f’Jannar tal-2014 kawża ta’ vina miżduda fil-pulmun, sitt ġimgħat biss wara li kienet saret omm għall-ewwel darba u welldet tifla.

Il-Qorti Ingliża, li bħalissa qed tisma’ l-inkjesta tal-mewt tagħha, semgħet kif Michelle ta’ 32 sena kienet marret l-isptar tkellem tabiba wara li kienet qed issibha diffiċli biex tieħu nifs. Ir-raġel ta’ Michelle, George Roach, qal li t-tabibha kienet qalet lil martu biex terġa tmur tkellimha l-għada.

George semma kif martu, li kienet tbagħti minn pressjoni għolja u asthma, kienet għadha kemm kellha l-ewwel wield tagħhom, tifla li semmewga McKenzie-Lee, sitt ġimgħat qabel fis-17 ta’ Diċembru tal-2013.

“Kienet stramba”

Żewġha qal li martu Michelle kien ħassa ħażin darbtejn wara li welldet lil McKenzie-Lee, darba fil-11 ta’ Jannar filgħodu qabel appuntament tat-tabib u darb’oħra fid-29 ta’ Jannar wara li bdiet taqta nifisha.

George semma kif dakinhar tad-29 ta’ Jannar it-tabiba kienet qalet lil Michelle li kienet qed tbagħti biss minn attakk tal-paniku jew anzjeta u li kellha tmur lura d-dar u terġa tmur taraha l-għada biex  tgħidilha kif baqgħet. Huwa żied jgħid li għalih din kienet ħaġa stramba hekk kif martu qatt ma kienet sofriet minn attakki ta’ paniku jew anzjeta.

Il-Qorti semgħet kif in-noti li t-tabiba kitbet dwar Michelle kienu inadegwati imma preċiżi, filwaqt li rrimarkat kif ma’ pruvatx il-pressjoni tal-pazjenta. Jumejn wara t-tabiba marret id-dar ta’ Michelle u ċemplet ambulanza biex teħodha l-isptar wara li sabitha tbagħti ħafna biex tieħu n-nifs. Sfortunatament nhar il-31 ta’ Jannar tal-2014 Michelle ħassa ħażin għall-aħħar darba hekk kif it-tobba ma rnexxielhomx jerġgħu iġibuha f’sensiha kawża tal-vina miżduda fil-pulmun.

Il-Qorti ċċarat li l-każ qed jinstema erba’ snin wara l-inċident hekk kif ġiet infurmata bl-investigazzjoni tal-isptar is-sena li għaddiet. L-inkjesta se tkompli tinstema’ fil-Qorti fiż-żmien li ġej biex jinħareġ verdett finali.