Sema safi u bla riħ, l-beda sħaba, jum sabiħ… Imma kemm se jdum is-sajf ta’ San Martin? Huwa sajf ta’ San Martin li mdorrijin bih? Jew qed jieħu ftit skossi?

Skont il-paġna indipendenti tat-tbassir tat-temp First Malta, jeżisti r-riskju għoli ta’ maltemp estrem lejn il-Punent tal-Italja u wkoll viċin il-gżejjer Maltin. Imma skont din il-paġna, jidher li dan mhux se jilħaq il-Gżejjer Maltin hekk kif il-ġurnata mistennija tkompli bix-xemx, minkejja li jissaħħab xi ftit minn ħin għall-ieħor.

FirstMalta tkompli jbassar li mal-lejl, dawk li joqogħdu fejn il-baħar, se jkunu jistgħu josservaw ammont ta’ sajjetti fuq il-baħar, li iżda mhux se jilħqu lil Malta b’mod dirett. Hija possibbli biss ftit xita ħafifa f’forma iżolata tard bil-lejl, li mhux mistennija ddum wisq.

Għada t-temp mistenni jkun ġeneralment bnazzi, bir-riħ mill-Punent Majjistru Forza 2 għal 3, u l-ogħla temperatura tmiss it-22 grad celsius.