Bħala l-eredi tat-tron il-Prinċep Charles ikun imdawwar minn numru ta’ ħaddiema li jservuh il-ħin kollu.

Huma jippreparawlu l-ikel, jagħmlulu s-sodda u jgħinuh fl-affarijiet ta’ kuljum. Il-ħaddiema laqmuh bħala l-Prinċep l-Imfissed.

Skont ħabib viċin il-Prinċipessa Diana u eks ħaddiem tal-familja Rjali,  il-Prinċep kull filgħodu għandu rutina stretta ħafna u jirrikjedi ħafna għajnuna. Qal ukoll li kultant ikun irid xi affarijiet li huma pjuttost strambi.

L-eks ħaddiem qal li kull filgħodu jgħaddu l-piġama tal-prinċep, il-lazz taż-żarbun irid ikun mgħoddi ċatt, fejn idendel ix-xugaman trid tkun f’ċertu pożizzjoni u l-ilma irid ikun fietel.

Però l-iktar ħaġa stramba li jitlob il-Prinċep hija li xi ħadd mill-ħaddiema jagħmillu pulzier tooth paste fuq it-tooth brush kull filgħodu.