Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb reġa’ magħna. Ilbieraħ ingħata l-bidu għal dan il-festival b’ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Premju Terramaxka 2018. Ir-rebbieħa kienu mħabbra skont il-kategoriji li bdew mill-iżgħar etajiet.

Il-President Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri, qal li l-Kunsill qed iżid fis-suċċess tal-Festival minħabba li l-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jagħti aktar importanza lejn il-kultura tal-qari.

Dawn huma r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka:

Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7)

Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, Mamà, Allura Din imħabba? (Merlin Publishers)

Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12)

Clare Azzopardi, Jissokta l-każ tal-aħwa Saver u Ludmilla Demolizz (Merlin Publishers, illustratur Mark Scicluna)

Kategorija: xogħlijiet oriġinali (13-16)

Stephen Lughermo, Jarmuk (Horizons Communications Ltd.)

Kategorija: xogħlijiet tradotti (0-7)

Claudia Gauci, Magni Taż-żmien, traduzzjoni tal-ktieb Macquinas do Tempo ta’ Romont Willy (Merlin Publishers)

Kategorija: xogħlijiet tradotti (8-12)

Noel Tanti, Il-kulleġġ għall-prinċipijiet perfetti, tradott mill-ktieb A Escola dos principes, encantandos ta’ Eliandro Rocha (Merlin Publishers)

Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba

Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, Mamà, Allura Din imħabba? (Merlin Publishers)