Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li m’hemmx żmien aħjar minn dan biex il-Gvern jindirizza l-kwistjoni tal-pensjonijiet. Huwa qal li kulħadd jaf li f’Malta m’għandniex pensjonijiet adekwati għad-dinja li qed ngħixu fiha.

Fil-Parlament, Grech stqarr li s-soluzzjonijiet għandhom jinqasmu fi tnejn. L-ewwel element huwa tal-immedjatezza għal pensjonijiet tal-lum. Grech qal li biż-żieda ta’ €350 miljun li l-Gvern se jkun qed idaħħal mit-taxxi, wieħed kien qed jistenna ftit aktar mill-€10 miljuni li ngħataw għal pensjonijiet.

Fuq l-element fit-tul (long-term), Grech qed jipproponi kumitat parlamentari li jfassal struttura ġdida għal pensjonijiet. Huwa qal li filwaqt li kulħadd japprezza li l-membri parlamentari m’għandhomx il-bakketta Maġika, jekk ma jsir xejn allura l-MPs kollha huma rresponsabbli.