Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu organizzat l-ikla annwali tagħha fejn seħħet ukoll premjazzjoni għaċ-ċiklisti kollha li kellhom wirjiet tajbin matul l-istaġun li għadu kemm intemm. 

Il-klabb ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ l-Elite Aggregate Cup kif ukoll l-Overall Aggregate Cup. Ingħataw ukoll tifkiriet ta’ apprezzament lis-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Joe Bajada, lid-Direttur Tekniku Etienne Bonello, kif ukoll liċ-ċiklista professjonist Taljan Valerio Agnoli tal-kontribut li taw fit-‘training camp’ li sar ġewwa Fiuggi f’Lulju li għadda.

Matul dan l-avveniment ġie ppremjat ukoll it-tfajjel Jake Vella għad-determinazzjoni u d-dedikazzjoni li juri lejn iċ-ċikliżmu minkejja li jbagħti minn kundizzjoni rari msejjħa “Rohhad”.