Tanker taż-żejt reġistrat f’Malta kien involut f’ħabta ma’ vapur tal-armata Norveġiża f’Bergen.

Skont il-BBC, 137 membri tal-ekwipaġġ ġew evakwati mill-vapur tal-gwerra. Tmien persuni weġġgħu ħafif. Il-bastiment tal-armata, l-KNM Helge Ingstad, jinsab f’pożizzjoni perikoluża. Il-bastiment kien qed jirritorna lura minn eżerċizzju tan-Nato. It-tanker, Sola TS, sofra xi ħsarat imma jidher li ma ħariġx żejt minnu.

Il-ħabta ġrat għall-ħabta tal-4 am. Għadu mhux magħruf kif ħabtu ż-żewġ vapuri.

Filmat: Kystverket