GO għadha kemm aġġornat kompletament il-prodott Home Pack billi rduppjat l-ammont
ta’ mobile data li tagħti ma’ kull pakkett speċifiku. Dan ifisser li xi klijenti se jkunu qed
igawdu sa massimu ta’ 60GB ta’ mobile data kull xahar, mingħajr l-ebda spejjeż żejda.

“Lill-klijenti, irridu niffrankawlhom it-taħbit li joqogħdu jfittxu l-eqreb WiFi hotspot jew li joqogħdu jinkwetaw iżżejjed dwar il-kontijiet ta’ kull xahar wara li forsi jkunu użaw ftit iżjed data mis-soltu”, qal Nikhil Patil, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO.

Barra minn hekk, bi prezzijiet li jibdew minn €25 kull xahar biss, il-Home Pack tipprovdi servizzi tal-broadband b’veloċitajiet li jilħqu 100Mbps lil klijenti li jgħixu f’żoni GO Fibre.

Dan it-titjib għall-Home Pack ta’ GO japplika għall-pakketti varji
kollha, jiġifieri l-Freedom Beyond, Freedom Essential u Freedom Lite. Biex issir taf iżjed
dwar kif tista’ tgawdi minn dawn il-pakketti msaħħa, żur www.go.com.mt