Bosta huma dawk li ma jorqdux biżżejjed, xi ħaġa li tista’ tħalli konsegwenzi kemmxejn koroh fuq il-moħħ u l-ġisem tal-bniedem. Ftit huma dawk li jafu li n-nuqqas ta’ rqad jista’ saħansitra jwassal għall-mewt tagħhom.

Persuni adulti għandhom jorqdu bejn seba’ u disa’ sigħat kull lejl skont it-tobba, madanakollu ħafna jemmnu li jistgħu jgħaddu billi jorqdu inqas sabiex ikollhom aktar ħin x’jinvestu f’affarijiet oħrajn.

In-nuqqas ta’ rqad x’effett iħalli fuq il-bniedem?

  • Meta persuni ma jorqdux biżżejjed b’mod konsistenti dan jista’ jwassal għall-mewt tagħhom
  • Feriti fuq il-ġilda jdumu aktar ma jfiequ u dan iwassal biex il-ġilda tibda ‘tixjieħ’
  • Persuni li jkunu għajjiena jkunu aktar impulsivi u dan jista’ jwassal sabiex saħansitra jiżdiedu fil-piż
  • Meta persuna tagħmel lejl imqajjma tħossha aktar waħeda
  • Wieħed isibha aktar diffiċli biex jitgħallem
  • Issir ħsara konsiderevoli lill-memorja fit-tul
  • Jista’ jwassal għall-Alzheimer’s
  • Jista’ jikkawża problem tal-qalb
  • Wieħed ikun inqas tolleranti
  • Meta persuni ma jorqdux sew saħansitra jibdew jimmaġinaw l-affarijiet u ma jibdewx jaraw sew
  • Ir-reazzjonijiet tagħhom ikunu aktar bil-mod
  • Is-sistema immunitarja ma taħdimx kif suppost
  • Ikun iktar faċli li wieħed jaqbdu riħ
  • Persuni li ma jorqdux biżżejjed ikunu inqas kuntenti u ġieli saħansitra jibdew ibagħtu minn problem mentali
  • Jiżdied ir-riskju tad-dijabete tat-tieni tip
  • Ikun iktar diffiċli li wieħed jitkellem b’mod normali
  • Meta wieħed isuq bingħas jista’ jikkawża inċidenti tat-traffiku daqs li kieku kien fis-sakra