L-Imħallef Antonio Mizzi mhux se jkompli jisma’ l-każ tal-Panama Papers wara li llum ippospona s-smigħ li jmiss għal Diċembru, propju wara d-data tal-irtirar tiegħu.

L-eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien oġġezzjona li l-każ kien qed jinstema minn Imħallef miżżeweġ lil Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburtista. Il-każ beda propju wara li Busuttil talab sabiex il-Qorti tinvestiga dak li ġie żvelat mill-Panama Papers dwar persuni f’pożizzjonijiet għolja fil-Gvern Malti.

Fis-seduta ta’ dalgħodu, l-Imħallef Mizzi sostna li hu qatt ma għażel naħa fuq oħra. Irrimarka li ma jimpurtahx minn partiti politiċi u li dejjem qeda dmiru mingħajr biża’ jew favuri.