Bħal ma jaf kulħadd il-kampanja għall-għoti tad-demm għaddejja s-sena kollha, dejjem bil-għan li r-riżerva tad-demm tkun adekwata għall-pazjenti rikoverati fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qiegħed jistieden lil dawk li huma f’saħħithom, speċjalment b’demm tal-gruppi O u A negative biex jagħtu d-demm biex it-trattamenti u l-operazzjonijiet skedati jitkomplew mingħajr skossi.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qiegħed jistieden lil dawk li huma f’saħħithom, speċjalment b’demm tal-gruppi O u A negative biex jagħtu d-demm u jersqu:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM mit-8:00am sas-6:00pm (l-aħħar dħul fis-6:00pm).
  • fil-mobile blood donation unitli nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru mit-8:30am sas-1:00pm (l-aħħar dħul fis-1:00pm) ser ikun fil-pjazza ta’ maġenb il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.
  • fil-Berġa l-ġdida tax-Xewkija f’Għawdex li nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru  ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm (l-aħħar dħul fis-1:00pm).

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.