Membru tal-ekwipaġġ waqt titjira ddeċidiet li tgħin lit-tarbija ta’ stranġiera li kienet qed tibki u tolfoq bil-ġuħ wara li l-omm spiċċat bla ħalib tat-trab tat-trabi.

Patrisha Organo, ta’ 24 sena, kienet qed taħdem fuq titjira domestika fil-Filippini filgħodu kmieni, meta semgħet it-tarbija tibki u ddeċidiet li tieħu azzjoni. Avviċinat lill-omm, li kienet spiċċat mill-ħalib tat-trab tat-trabi, u ġentilment offriet li tredda’ lit-tarbija hi stess f’parti oħra tal-kabina. Patrisha għandha tarbija ta’ disa’ xhur u għaldaqstant qalet li setgħet tifhem id-diffikultajiet tal-omm.

Patrisha qalet li l-omm ħadet ir-ruħ x’ħin raqdet it-tarbija u rringrazzjatha kemm-il darba talli għenitha.