Il-Prinċep Charles qal li se jieqaf jitkellem fuq suġġetti li għandu pożizzjoni soda dwarhom, meta jsir re, “għax m’iniex stupidu”.

Il-Prinċep ta’ Wales huwa magħruf dwar kemm ikkampanja favur l-ambjent għal għexieren ta’ snin.

F’dokumentarju mal-BBC, f’għeluq is-70 sena tiegħu, il-Prinċep qal li ġaladarba jsir re, irid jimxi skont il-parametri kostituzzjonali.  Żied jgħid li l-irwoli ta’ Prinċep u Re huma differenti.

Madanakollu, il-korrispondent irjali tal-BBC qal li, privatament, il-Prinċep xorta jista’ jara li jinfluwenza l-politika tal-gvern.