Bjorn Formosa, dalgħodu, b’mod mhux mistenni, sebaħ mill-ġdid f’sodda fl-isptar, madanakollu ħeġġeġ biex l-appell tiegħu ma jieqafx għax hemm ħafna nies qed isofru u li qed jistennew l-għajnuna tal-ALS.

F’kumment fuq Facebook, Bjorn qal li hemm bżonn li nibdlu t-tbatija tagħna f’soluzzjonijiet pożittivi għal dawk li għandhom bżonn l-appoġġ tagħna.

Huwa aċċenna wkoll għall-ikbar ħolma li għandu, dik li tinbena Dar Bjorn, bil-għan li tgħin u tilqa’ aktar nies bil-kundizzjoni tal-ALS. Semma kif fadal €2 miljun x’jinġabru biex il-ħolma timmaterjalizza. “Qegħdin nofs triq, u la wasalna s’hawn, jirnexxielna”, kompla jgħid.

Reġa’ semma n-numri fejn wieħed jista’ jagħti d-donazzjonijiet:

  • Telefonata fuq 5100 2017 għal €20
  • SMS fuq 5061 8936 għal €6.99
  • Revolut: +35679209420