Reżistenza

Il-ġurnal Times of Malta żvela li l-kumpanija 17 Black f’Dubaj hija ta’ Yorgen Fenech, li huwa d-Direttur tal-Power Station tal-Electrogas f’Malta. Fenech huwa wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Tumas Group.

Din l-istorja esklussiva fuq it-Times hi parti minn The Daphne Project li huwa kkordinat minn Forbidden Stories li qed ikomplu jinvestigaw l-istejjer tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

It-Times of Malta f’ħidma konġunta mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, kisbet din l-informazzjoni minn imejl li identifikat lil 17 Black bħala wieħed mis-sorsi ta’ qligħ għall-kumpaniji sigrieti fil-Panama Hearnville u Tillgate, li kienu tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rispettivament. Ġie żvelat ukoll illum li l-kont bankarju ta’ 17 Black f’Noor Bank ġie ffriżat f’Settembru.

Ir-rapport tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil ta’ flus (FIAU), li ġie ppubblikat mill-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, kien investiga l-proġetti li kienu saru waqt li Mizzi kien Ministru għall-Enerġija. Dwar dan it-Times tgħid li sors qal lill-ġurnal li l-FIAU għaddiet ir-rapport lid-dipartiment kontra r-reati ekonomiċi fi ħdan il-Pulizija madwar seba’ xhur ilu. Sors ieħor qal lill-Aġenzija Reuters li l-kontijiet f’Dubaj juru lil Fenech bħala s-sid 17 Black. Il-kont infetaħ f’Ġunju 2015 fil-Bank Noor f’Dubaj. It-Times komplew tispjega kif il-kumpanija bidlet isimha għal Wings Development wara li 17 Black kienet issemmiet fil-blogg tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat, Schembri u Mizzi lkoll kienu ċaħdu li jafu ta’ min hi din il-kumpanija.
Skont dak li ħareġ mill-Panama Papers Mizzi u Schembri ħadu kontroll tal-kumpaniji sigrieti tagħhom fil-Panama fl-istess sajf li nfetaħ il-kont f’Dubaj. F’kummenti li ta lit-Times of Malta, Yorgen Fenech saħaq li hu mhux politiku u li dejjem għamel xogħlu b’mod trasparenti. Kemm it-Times kif ukoll ir-Reuters staqsew lil Fenech jekk jiċħadx li l-kumpanija 17 Black hi tiegħu. Huwa qalilhom li sabha stramba.  Dwar dan it-Times irrappurtat kif Fenech talab għall-evidenza ċara li kellhom il-ġurnali, biex imbagħad ma rrispondihomx u qal li l-iskop huwa li jkomplu jagħtu saħħa lil dawk li sejjaħ allegazzjonijiet li jqarrqu.
L-MEP Soċjalista Portugiża kienet qalet li Malta ilha taf ta’ min hi 17 Black minn Frar li għadda. 

F’April li għadda The Daphne Project kien żvela kif total ta’ €1.3 miljun ġew trasferiti lill-kumpanija 17 Black li kienet imniżżla bħala waħda mill-“klijenti prospettivi” li jgħaddu l-flus lill-kumpaniji ta’ Schembri u Mizzi. 

Dan kien wassal biex id-Deputat tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Kap ta’ Delegazzjoni u l-Ewroparlamentari David Casa talbu biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar l-informazzjoni li kienet ġiet żvelata minn The Daphne Project.

Immedjatament wara li ħarġet l-aħbar, bdew ħerġin ir-reazzjonijiet. L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil:

Id-Deputat tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina:

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew:

Barra minn hekk, fi stqarrija, Casa qal li hu kiteb lill-Bank Ċentrali tal-Emirati Għarab Magħquda biex il-fondi fil-kont bankarju tal-kumpanija 17 Black jiġu salvagwardjati ħalli dawn imbagħad jiġu rritornati lill-poplu Malti. Casa saħaq li l-każ ta’ 17 Black juri korruzzjoni fuq skala kbira u attività kriminali fil-proġett tal-Power Station.
https://twitter.com/DavidCasaMEP/status/1060875686959874048
Aktar tard fuq Facebook Casa tella’ filmat:

Min-naħa tiegħu, il-Partit Demokratiku sejjaħ għal azzjoni immedjata mill-Pulizija biex jinvestigaw l-allegazzjonijiet dwar 17 Black. Il-PD saħaq li minkejja l-propoganda kbira mill-Gvern u minn persuni leali lejh fi rwoli importanti fl-istituzzjonijiet jidher ċar li r-rispett lejn il-liġi f’Malta tkisser.

L-Eks Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika Arnold Cassola staqsa lil Joseph Muscat dwar x’qed jaħbi. Qal li llum huwa d-950 jum minn meta Daphne żvelat l-iskandlu tal-Panama u 910 jum minn meta l-istorja ħarġet fil-midja internazzjonali. “Illum huwa d-950 jum minn meta Joseph Muscat ilu jgħatti u jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi”; kompla jsostni Cassola.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Michael Briguglio rreaġixxa wkoll:

L-avvisti ta’ Reżistenza qalu li dak li ġie żvelat jikkonfermaw dak li kienet kixfet il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia u li Malta tinsab maħkuma minn epidemija ta’ korruzzjoni. Saħqu li qed jistennew li jseħħu arresti u interrogazzjonijiet, li tintalab l-għajnuna ta’ forzi tas-sigurtà barranin u fuq kollox li jiġu individwati l-politiċi u l-funzjonarji pubbliċi li huma implikati f’din ix-xibka ta’ kriminalità. “Il-korruzzjoni tisraq lin-nazzjon tagħna mill-futur li jixraqlu. Min jibqa’ ċass quddiem il-korruzzjoni jew ikun implikat fiha għad ikun misħut minn uliedu u ulied uliedu”.