Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret roħs fuq miljun biljett. Dan ir-roħs jitla’ sa 20% fuq kull biljett.

Il-kumpanija, fi stqarrija qalet li issa l-klijenti tagħha jistgħu jixtru biljett tal-aħħar minuta għal xi vaganza għall-festi tal-aħħar tas-sena jew inkella għall-bidu tas-sena d-dieħla. Dan ir-roħs se jkun fuq titjiriet li se jsiru bejn Novembru u Marzu. Wieħed jista’ jixtri l-biljett tiegħu mil-lum sa nofsillejl ta’ jumejn oħra.