Raheem Sterling iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin mar-rebbieħa renjanti tal-Premier League u mistenni jaqla’ £300,000 fil-ġimgħa, biex b’hekk sar il-plejer Ingliż bl-aħjar dħul finanzjarju.

Il-wirjiet tal-plejer internazzjonali Ingliż ta’ 23 sena tjiebu ferm taħt il-gwida ta’ Pep Guradiola u diġa`skurja 7 gowls minn meta beda l-istaġun.

L-attakkant li ngħaqad ma’ Manchester City fl-2015 wara li telaq lil Liverpool stqarr:

“Ninsab kuntent li ffirmajt – l-iżvilupp tiegħi hawnhekk kien inkredibbli. Kif wasalt hawn ħassejt li din kienet l-aħjar deċiżjoni għalija. Ksibt bosta riżultati tajbin u ta’ dan inħossni grat.”