Il-kantant Taljan Andrea Bocelli ilu għal snin twal jimpressjona bosta udjenzi bil-vuċi tiegħu. Riċentament beda jirċievi ħafna attenzjoni fejn jidħlu kollaborazzjonijiet li qed jagħmel.

Filwaqt li fl-aħħar ġimgħat, kollaborazzjoni ma’ ibnu Matteo ġibdet l-ammirazzjoni ta’ ħafna, issa ddeċieda li jaqsam esperjenza simili ma’ martu Veronica Berti. Bocelli iltaqa’ ma’ Berti 12-il sena ilu meta kien qed ikanta l-ewwel aria u ftit wara bdew jgħixu flimkien. Huma żżewġu u kellhom wkoll tifla.

Il-kanzunetta li ddeċidew li jkantaw kienet “Qualche Stupido” li tfisser “Xi ħaġa stupida” li hija l-aktar magħrufa għall-verżjoni tagħha kantanta minn Frank Sinatra u bintu Nancy lura fl-1967.