It-tim tal-futsal ta’ Swieqi United sofra l-ewwel telfa tiegħu f’dan l-istaġun hekk kif Valletta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 7-1. Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva għall-Beltin li għandhom logħba inqas.

L-ewwel taqsima ġiet ddominata minn Valletta hekk kif dawn tal-aħħar fetħu vantaġġ ta’ ħames gowls li ġew skurjati minn Gia Nikvasvili, Mohammed Lamari, Canilo Andres Gomes Vanegas u Shawn Vella. Fit-tieni taqsima Valletta skurjaw żewġ gowl oħra permezz ta’ Nikvasvili, li temm il-logħba b’dopjetta bħal Lamari, u Dylan Musu. Swieqi United kisbu gowl ta’ konsolazzjoni grazzi għal Dusan Rakic.

Mill-partiti l-oħra, Luxol għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta’ 9-2 filwaqt li Birkirkara, it-tim tal-Istudenti tal-Università u Tarxien Rainbows kisbu wkoll tliet punti kull wieħed.