Apparti milli sempliċiment moda, il-daqna saret fattur pjuttost importanti meta raġel jiġi biex isib lil xi ħadd ma min joħroġ. Fil-fatt, jirriżulta li meta wieħed ikollu d-daqna, tagħmel differenza jekk mara tħarisx lejh jew inkella tfittex lil ħaddieħor.

Dan kollu ħareġ fi studju  li kien ippubblikat fl-2016 fil-Ġurnal tal-Bijoloġija Evoluzzjonarja, li skopra li n-nisa etrosesswali jsibu l-irġiel aktar attraenti meta jkollhom daqna aktar milli meta ma jkollhomx. Għalhekk, dan juri li għalkemm id-daqna dan l-aħħar snin saret pjuttost moda fuq l-irġiel, hija ukoll utli biex wieħed jiltaq’ ma xi sieħba!