Fis-seba’ tellieqa tal-Isport Boat Class, it-tim magħruf bħala “Maltese Musketeers” ħareġ rebbieħ bi ftit sekondi ta’ distakk fuq Seriously Bonkers. It-tellieqa kellha sseħħ matul il-jum tas-Sibt iżda r-riħ qawwi wassal sabiex it-tellieqa tiġi posposta għall-Ħadd fejn iż-żewġ ekwipaġġi rnexxilhom jikkompetu f’ħames tlielaq.

Iż-żewġ timijiet li ssieltu għar-rebħ tat-tellieqa kienu Maltese Musketeers u Seriously Bonkers, hekk kif iż-żewġ gruppi kienu mgħammra b’dgħajjes SB20.

Adrian Gauci Borda, il-kaptan tal-Maltese Musketeers, sostna li bosta timijiet lokali qed jistennew b’ħerqa li tasal ix-Xitwa peress li teżisti l-possibilità li sseħħ kompetizzjoni bejn ekwipaġġi lokali u oħrajn barranin. L-impenji li jmiss tal-Isport Boat Class ser jiġu organizzati matul il-BOV Gozo Weekend Regatta bejn il-23 u 25 ta’ Novembru.