Nhar l-Erbgħa Fulham keċċew lil Slavisa Jokanovic wara bidu negattiv fl-istaġun tagħhom u ħatru lil Claudio Ranieri bħala s-sostitut tiegħu. The Cottagers jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż wara li kisbu 5 punti biss minn 12-il logħba.

L-ewwel logħba ta’ Ranieri bħala kowċ ta’ Fulham ser tkun kontra Southampton ġewwa Craven Cottage filwaqt li ż-żewġ logħbiet suċċessivi ser ikunu kontra Chelsea u Leicester City.

Il-kowċ Taljan ta’ 67 sena rnexxielu jirbaħ il-kampjonat Ingliż fl-2015-16 ma’ Leicester li fil-bidu kienu fost il-favoriti li jiġu relegati. Leicester keċċew lil Ranieri, li kien ukoll kowċ ta’ Monaco, Roma, Inter Milan u Juventus, 9 xhur wara u qatta’ l-istaġun li għadda ma’ Nantes f’Ligue 1.