Google Maps

Waqt li tifel żgħir u missieru kienu qegħdin fil-karrozza tagħhom f’Ħal Luqa, mara daħlet fil-karozza u ppruvat tieħu l-basktijiet li kienu fiha.

Omm konċernata, li xtaqet tibqa’ anonima, qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ illum qrib l-ajruport. Spjegat li l-karozza tar-raġel kienet fit-traffiku. Mara kienet qed tersaq lejn numru ta’ karozzi biex tipprova tiftaħhom biex titla’ fihom. F’ħin minnhom daħlet fil-karozza tar-raġel tal-persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt. Il-mara qalet lir-raġel biex iwassalha sal-bus stop li kien imiss. Qabel ħarġet, allegatament ippruvat tieħu l-basktijiet tax-xiri li kienu fil-karozza. L-omm qalet li din l-esperjenza ħasdet lit-tifel tagħha u appellat lis-sewwieqa biex joqgħodu attenti.

Kelliem għall-Pulizija ma setax jikkonferma dan l-inċident ma’ Newsbook.com.m sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.