L-istilla żagħżugħa ta’ Borussia Dortmund Christian Pulisic mistenni jingħaqad ma’ Chelsea fi tmiem l-istaġun. Il-‘winger’ mwieled l-Amerka se jintemmlu l-kuntratt fl-2020 u s’issa naqas milli jitħadded mal-klabb dwar ftehim ġdid.

Il-plejer ta’ 20 sena skurja 15-il gowl f’107 logħba ma’ Dortmund u skont id-Daily Mail, il-prezz tiegħu huwa madwar £70m. Qabel il-logħba ta’ ħbiberija ta’ din il-ġimgħa bejn l-Ingilterra u l-Istati Uniti, Pulisic stqarr:

“L-Ingilterra, il-Premier League, huwa post fejn bosta tfal joħolmu li jmorru jilagħbu u mhemmx raġuni għalfejn m’għandiex immur nilgħab hemm fil-ġejjieni.”