LONDON, ENGLAND - SEPTEMBER 25: Aaron Ramsey of Arsenal in action during the Premier League match between Arsenal and West Bromwich Albion at Emirates Stadium on September 25, 2017 in London, England. (Photo by Mike Hewitt/Getty Images)

Il-midfielder ta’ Arsenal Aaron Ramsey kapaċi jingħaqad ma’ Juventus fi tmiem l-istaġun. Skont The Sun, Juventus qed jippreparaw kuntratt ta’ £10.4 miljun fil-gimgħa għall-plejer minn Wales li jinteressa wkoll lil Bayern Munich.

Ramsey skurja 60 gowl fi 347 logħba ma’ Arsenal u rnexxielu jirbaħ 3 FA Cups minn meta mar jilgħab mal-Gunners fl-2008. Jekk dan it-trasferiment iseħħ, il-plejer ta’ 28 sena jsir parti minn tim li rebaħ il-kampjonat Taljan għal dawn l-aħħar 7 staġuni u li qed jittama li jirbaħ ukoll il-UEFA Champions League.