PL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chief Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.

F’kummenti mal-midja, Muscat qal li hemm investigazzjoni fuq 17 Black imma mhux fuq Keith Schembri. Qal li fil-passat kien stqarr li jekk ikun hemm investigazzjoni kriminali fuq Keith Schembri, is-sitwazzjoni tiegħu ma tkunx tenibbli. Żied jgħid li dan bl-istess mod kif ma tkunx tenibbli għal kwalunkwe persuna oħra.

Il-ġurnal Times of Malta żvela li l-kumpanija 17 Black f’Dubaj hija ta’ Yorgen Fenech, li huwa d-Direttur tal-Power Station tal-Electrogas f’Malta. Fenech huwa wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Tumas Group.

Mill-intervista li Newsbook.com.mt għamel ma’ Stephen Grey, il-ġurnalist li kixef is-sid ta’ 17 Black, joħorġu dawn is-sebgħa punti.