Il-Membru Ewro Parlamentari Alfred Sant qal li jkun aħjar li minflok l-Ewropa tinvesti fl-armamenti, tikkonċentra u tikkoordina miżuri ta’ sigurtà kontra t-terroriżmu, l-immigrazjzoni u l-għassa kontra l-kriminalità organizzata.  

Dan wara li l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel tkellmet dwar il-futur tal-integrazzjoni Ewropea filwaqt li pproponiet armata Ewropea u baġit għaż-żona ewro. Hi qajmet ukoll il-kwistjoni dwar il-pressjoni tal-immigrazzjoni, li enfasizzat li hi problema Ewropea.

Sant qal li l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel ma merietx il-perċezzjoni li qeda dejjem tikber dwar kif ħafna mid-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea iseħħu jekk il-Ġermanja taqbel. Dan qalu bħala reazzjoni fil-Parlament Ewropew għall-indirizz tal-Kanċilliera Ġermaniża dwar il-futur tal-Ewropa.