Il-captain tal-Olanda Virgil van Dijk deher isabbar lir-referee wara li t-tim tiegħu rnexxielu jikseb draw ta’ 2-2 kontra l-Ġermanja fil-UEFA Nations League. Hekk kif il-logħba waslet fi tmiemha, id-difensur ta’ Liverpool mar isabbar lir-referee Rumen Ovidiu Hategan li sar jaf bil-mewt t’ommu wara l-ewwel taqsima.

Skont ir-rivista Olandiża Voetbal International, van Dijk stqarr: “Qalli li ommu mietet. Ma felaħx iżjed u beda jibki.”

L-eks plejer ta’ Southampton u Celtic kien l-eroj hekk kif skurja gowl lejn tmiem il-logħba sabiex għen lit-tim nazzjonali Olandiż jirkupra minn żvantaġġ ta’ żewġ gowls.