Waqt il-programm Kun Afhom Aħjar ta’ din il-gimgħa, Coryse Borg tkellmet ma’ tliet membri tal-band The Boys – Godwin Borg (li jiġi missierha), Tony Farrugia u Cliff D’Ugo – dwar is-suċċess li kellhom, u li għandhom sal-lum, permezz ta’ dal-grupp mużikali lokali… u skopriet ukoll xi affarijiet ‘interessanti’ dwar meta missierha kien għadu żagħżugħ!