Biex tiggwadanja minn prezzijiet irħas tal-Black Friday, m’hemmx għalfejn tmur tistenna fil-kju.

Bħall-Air Malta, il-linja tal-ajru Ryanair ħarġet diversi skontijiet. Qed toffri sa 25% skont fuq miljun post fuq l-ajruplan.

Dan l-iskont ikopri titjiriet bejn Jannar u April u wieħed għandu jibbukkja sa nofsillejl li ġej.

Robin Kiely minn Ryanair qal li f’dawn it-tmint ijiem ta’ skontijiet, il-kumpanija qed toffri 70% skont għall-kiri ta’ karozzi minn fuq is-sit.