L-aġenzija tal-klassifikazzjoni Creditreform ikklassifikat lil Malta bir-rata ‘A+’. Creditreform irrikonoxxiet li d-dejn ta’ Malta, kumparat mal-GDP, kompla jonqos għar-raba’ sena konsekuttiva fl-2017.

Fi stqarrija l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li din il-klassifikazzjoni pożittiva għal Malta mill-aġenzija Ġermaniża rinomata tkompli tikkonferma l-istabbilità ekonomika ta’ Malta.

Il-Ministru Scicluna qal li fl-aħħar ħames snin it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta qabeż il-livelli mistennija mill-Unjoni Ewropea biex b’hekk żdiet id-dħul u x-xogħol.