Raġel li ta tazza kafè lil pustier tal-Maltapost li minkejja l-maltemp xorta wassallu l-pakkett li kien ordna, irċieva rigal “ħelu” mingħand il-pustier.

Fuq Facebook, ir-raġel irrakkonta kemm baqa’ impressjonata meta dan ir-raġel, ġie jwassallu l-pakkett tiegħu fix-xita qliel. Qal li mbagħad offrielu tazza kafè u minn diskursata li kellhom sar jaf li kien Sqalli.

Propju dalgħodu, qal li sema’ l-qanpiena tad-dar iddoqq u meta ttawwal mill-gallerija ra lill-istess pustier b’pakkett ieħor f’idu. Hu ħaseb li kien wasallu xi pakkett ieħor bil-posta, iżda l-ħaddiem tal-Maltapost spjega li f’għeluq il-ġimgħa kien mar lura Sqallija u bħala ringrazzjament tal-att ta’ karità li għamel miegħu ġablu ftit ħelu minn Sqallija.

Ir-raġel temm il-messaġġ tiegħu jinsisti dwar l-importanza ta’ atti żgħar ta’ dan it-tip fil-ħajja ta’ kuljum. Spjega li jekk tkun twajjeb ma’ ħaddieħor, ħaddieħor se jkun twajjeb miegħek.