Il-Kap ta’ Ericsson Malta Mario Bacchini qal li llum Malta hija l-uniku pajjiż li għandu netwerk ċellulari lest għal 5G madwar il-pajjiż kollu.

Huwa qal dan fit-tnedija tal-ewwel netwerk ċellulari lest għal 5G mill- Melita, li se tkun l-ewwel kumpanija f’Malta li toffri dan is-servizz. Fi stqarrija Melita qalet li ssieħbet ma’ Ericsson biex tniedi l-iktar netwerk ċellulari avvanzat f’Malta li qed ikopri 85% tal-Gżejjer Maltin.

Melita qalet li sal-aħħar tas-sena mistennija tkopri l-pajjiż kollu bil-5G tant li l-klijenti li għandhom mowbajl b’kapaċità 4.5G, diġà jistgħu bdew jibbenefikaw mill-5G mingħajr ebda spiża addizzjonali.

Il-Melita avżat li xi klijenti jistgħu jesperjenzaw bidliet fil-veloċità tal-internet sakemm ikun hemm stabbiltà akbar. Qalet li dan se jwassal biex Melita tkun lesta għall-ewwel smartphones lesti għal 5G se jitniedu s-sena d-dieħla.