L-applikazzjonijiet għat-tielet edizzjoni tal-Maltese Islands Festival tad-Drama, Mużika, Kant u Żfin (MIF’19) se jagħlqu fit-3 ta’ Diċembru.

Francesca Ragozzino

Il-festival huwa opportunità tad-deheb għal persuni kreattivi mill-etajiet ta’ erba’ snin sa 18+, biex juru l-ħiliet tagħhom quddiem panel ta’ ġurija esperta internazzjonali, jirċievu rispons kostruttiv, u jaqsmu ideat ma’ individwi tal-istess fehma fl-erba’ kategoriji tad-drama, mużika, kant u żfin.

L-MIF’19 – li huwa membru tal-‘British and International Federation of Festivals’ – se jittella’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu bejn it-23 u s-27 ta’ Jannar 2019.

Biex tapplika, jew għal lista sħiħa ta’ kategoriji f’kull dipartiment, tista’ żżur www.themalteseislandsfestival.com.