Arkivji

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ppubblika twissija dwar ir-riħ li se jkun qed ivenven sal-10 tal-lejla.

It-twissija hija dwar ir-riħ mill-Punent Majjistru li ser ikun qawwi għal qawwi ħafna. L-Uffiċċju spjega li ‘xi waqtiet ser ikun qawwi ħafna għal qawwa ta’ riefnu fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Wissa li dan jgħodd sal-10 tal-lejla, iżda li terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Il-Gozo Weather Page fuq Facebook ukoll wissa dwar il-maltemp, hekk kif spjegat li se jkun hemm pressjoni baxxa fuq l-Italja, waqt li se jkun hemm pressjoni għolja fuq il-Mediterran. Dawn iż-żewġ tipi ta’ pressjoni joħolqu kuntrast, u b’hekk, maltemp b’ħafna riħ. Il-paġna żiedet tgħid li se jkun hemm iżjed ħalbiet ta’ xita jew silġ iżolati llum u għada.

Malta Weather Page ukoll ikkonfermat din l-informazzjoni, u tellgħu stampi tal-pressjoni li qed iddur mal-Ewropa, kif ukoll saħqu li dan il-maltemp se jaffettwa il-vapur t’Għawdex.

Ilmenti fuq Facebook dwar l-operat tal-vapur t’Għawdex involvew li l-vapur tat-3pm ħa biss trakkijiet waqt li kien hemm vapur ieħor jistenna, vojt. Dan jaf li minħabba l-maltemp, il-vapur issogra jitlaq biss b’ħafna toqol biex jorbtu.