29 koppja bbenefikaw minn skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-ġenituri li jaddottaw tfal minn pajjiżi oħra. Din l-iskema kienet wegħda elettorali u tħabbret fil-Baġit tas-sena l-oħra.
Dawk kollha li jaddottaw tfal minn pajjiżi oħra se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-
Gvern sa massimu ta’ €10,000.
Familji Maltin għandhom il-possibilità li jaddottaw tfal minn 12-il pajjiż differenti.
Malta għandha ftehim mas-Slovakkja, l-Albanija, il-Vjetnam u l- Kambodja. Barra minn hekk, ġenituri prospettivi jistgħu jaddottaw ukoll mill-Indja, il-Portugal, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Polonja, iċ-Ċilì, il-Kolombja u l-Moldova, minkejja li Malta m’għandhiex ftehim ma’ dawn il-pajjiżi.