Il-faċċata l-ġdida ta’ Zara

Il-flus kollha li ġemmgħu x-xerrejja ta’ Zara se jintefqu llum hekk kif Zara fetaħ il-bibien tiegħu fid-9.30am wara 5 xhur magħluq għal rinovar.

L-istabbiliment għandu jkun maqsum fuq ħames sulari differenti. Rappreżentant ta’ Zara kien ikkwotat jgħid li s-sulari se jkunu mqassmin tnejn għan-nisa, wieħed għall-irġiel, ieħor għat-tfal u sular ieħor dedikat għal Zara Home. 2 sulari oħra għandhom jintużaw biex jinżammu l-ħwejjeġ.

L-istabbiliment jinsab fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema, propju fejn kien hemm iċ-ċinema Alhambra. Il-proġett huwa deskritt li se jkun wieħed mill-akbar stabbilimenti ta’ Zara fl-Ewropa.

Il-proġett tal-espansjoni kien stmat li jiswa mal-€4.2 miljun bi spazju ta’ 4,400 metru kwadru.