Nhar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju Transport Malta se tirkanta flokk tat-tim nazzjonali Brażiljan b’risq Simon Blue Light Foundation. Il-flokk, li huwa ffirmat mill-plejers tas-Seleção, inkiseb minn Transport Malta wara t-Tazza tad-Dinja li ttellgħet fis-sajf. Matul l-istess jum, il-Fondazzjoni ser tkun qed torganizza rikba bil-muturi li titlaq minn ħdejn id-Depot tal-puluzija fil-Furjana fid-9:00 biex imbagħad tintemm ġewwa Montecristo.

F’Montecristo se jiġu organizzati bosta attivitajiet għall-familja u dawk kollha li jattendu ser ikunu jistgħu jaraw il-flokk tat-tim Sud Amerikan qabel iseħħ l-irkant, mill-10:00 sal-11:30. Transport Malta tappoġġa l-inizjattiva ta’ Simon Blue Light Foundation u tħeġġeġ lin-nies sabiex jattendu kemm għar-rikba kif ukoll għall-irkant.