Il-psikologi jgħidu li madwar 40% tal-azzjonijiet li wieħed jagħmel ma jsirux b’mod konxju iżda huma drawwiet li wieħed jagħmel. Ħafna drabi dak li wieħed iqis bħala xi ħaġa insinifikanti tista’ tirrifletti l-personalità u l-istat mentali tal-persuna.

Is-sit Bright Side jgħid li mill-mod kif wieħed jagħfas it-toothpaste juri l-karatteristiċi tal-persuna.

Tagħfas it-toothpaste minn wara għal quddiem

Dan juri li inti persuna li toqgħod attenta kif tonfoq il-flus u tħobb kollox nadif u jimpurtak mill-affarijiet tiegħek. F’kelma waħda inti perfezzjonist u ma tieħux pjaċir taħli r-riżorsi li għandek qabel ma tkun użajthom l-iktar possibli. Bħala persuna inti imdorri taħdem ħafna u xogħlok tafu sew, dan ifisser li persuni oħra jistgħu jserrħu fuqek. Id-dar tiegħek hija dejjem nadifa u organizzata.

Tagħfas it-toothpaste min-nofs

Bħala persuna inti realistiku u attiv, ħafna drabi tkun mgħaġġel. M’intix l-iktar persuna nadif u organizzat imma meta tkun affaċjat minn sfida inti kapaċi ssolviha. Bħala persuna inti soċjevoli u għandek ħafna ħbieb u tħobb tkun fil-pubbliku. Inti taf issib il-bilanċ bejn il-ħajja u emozzjonalment stabbli.

Tagħfas it-toothpaste minn fuq

Bħala persuna inti rasek iebsa u kapaċi tagħmel minn kollox biex takkwista dak li trid u tilħaq l-għanijiet tieħek. Inti jimportak u tħobb lilek innifsek. Hija xi ħaġa pożittiva imma trid toqgħod attent li ma tużax lil ħaddieħor għal gwadan tiegħek.

Tħalli t-toothpaste dritt

Bħala persuna inti tħobb tkun waħdek, toħlom ħafna u artistika. Ħafna drabi tgħix ġo dinja għalik. Bħala persuna inti sensittiv, ġentili, tmur tajjeb ma’ kulħadd u tolleranti. Dejjem taħseb u mimli ideat però lest li taqsamhom ma’ ħaddieħor.

Tagħfas it-toothpaste minn kullimkien

Inti għandek l-abbiltà li tara d-dinja minn perspettiva differenti. Bħala persuna inti kreattiv, artistiku u tara s-sabiħ f’kollox. Forsi għalik jista’ jkun tkun diffiċli biex tkun fil-ħin u kullimkien nadif minkejja li tkun ilek tipprova tippjana u tlesti x-xogħol li għandek tagħmel. Min-naħa l-oħra inti persuna ottimista u moħħok miftuħ però kultant tbati bil-burdati.