Fil-programm Follow Up tal-Ħamis 29 ta’ Novembru, nitkellmu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u r-rwol tar-robots fil-ħajja tal-lum u ta’ għada. Xi jfissru dawn l-iżviluppi għas-soċjeta’ tagħna, u x’inhuma l-implikazzjoniet fuq it-tfassil tal-politika tal-futur? Nippruvaw nifhmu iktar fuq dan is-suġġett flimkien mal-Professur Alexiei Dingli, Kap tad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali, ġewwa l-Universita’ ta’ Malta. Imexxi l-programm Dr George Vital Zammit.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.