Tifel li bagħat kartolina lil missieru indirizzata lil ġenna rċieva ittra mingħand ir-Royal Mail li tgħid li l-ittra twasslet b’suċċess għand missieru. Din l-istorja seħħet l-Iskozja.

Skont BBC, Jase Hyndman minn West Lothian irċieva ittra li qaltlu li l-messaġġ tiegħu għal missieru James irnexxielu jasal sal-ġenna minkejja li vjaġġ kemmxejn diffiċli. Ommu, Teri Copland spjegat li ma tistax tesprimi fi kliem l-istat ta’ emozzjoni tat-tifel malli sar jaf li l-messaġġ tiegħu fil-kartolina wasal għand missieru. Sostniet li Royal Mail nisslu fiha tama ġdida fl-umanità.

L-ittra ta’ Royal Mail lil Jase ġiet imxerrda Facebook fijn kellha aktar minn 200,000 share. 

It-talba tat-tifel lill-pustier

X’kienet tgħid l-ittra ta’ Royal Mail?