Kantanta Maltija li għandha biss 13-il sena għadha kemm ħarġet l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħha bl-isem ta’ Butterflies.

Il-kanzunetta ta’ Ksenia għandha l-mużika ta’ Cyprian Cassar u lirika ta’ Klinsmann. Hi tattendi l-La Voix School of Performing Arts u tipparteċipa f’kompetizzjonijiet tal-kant lokali u anke internazzjonali fejn mhux l-ewwel darba li klassifikat fl-ewwel jew it-tieni post.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-kanzunetta Butterflies klassifikat fil-post numru 19 fil-klassifika tal-aqwa 20 kanzunetta f’Malta fuq Radju Malta, filwaqt li din il-ġimgħa telgħet għall-11-il post.