Follow Up ta’ nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2018 bi preżentazzjoni ta’ Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti l-futur tal-Partit Nazzjonalista. Kif inhi s-sitwazzjoni tal-PN bħalissa fid-dawl ta’ dak li sar u ntqal fil-Kunsill Ġenerali u l-qagħda attwali fil-pajjiż? Il-qasma fi ħdan il-Partit tista’  tissewwa? Il-ħolqien tal-moviment ġdid ‘Repubblika’ se jipprovdi l-qafas għal partit ieħor ġdid fil-ġejjieni? X’hemm pożittiv li tista’ tibni fuqu fil-Partit Nazzjonalista bħalissa?

Mistiednin fl-istudio: Is-Sur Laurence Grech u Dr Jonathan Attard.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.