Angelina Jolie għadha kemm għaddiet minn snin kemmxejn kefrin fejn għaddiet minn żewġ operazzjonijiet serji u divorzju. Madanakollu l-ħidma umanitarja tagħha u t-trawwim tas-sitt itfal tagħha ma naqasx.

X’inhuma t-tmien pariri ta’ Angelina Jolie għal ħajja aħjar?

  1. Għażel li tkun kuntent – l-attriċi sostniet li li tkun kuntent fil-ħajja hija għażla.
  2. Tgħallem mill-ħażin – l-attriċi temmen li sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja jgħinu lil dak li jkun jissaħħaħ.
  3. Irrispetta l-intelliġenza tiegħek – Jolie ssostni li l-intelliġenza tfisser kollox.
  4. Kul ikel bnin – Jolie temmen li huwa iktar importanti li tiekol ikel tajjeb milli li tagħmel dieta.
  5. Ħalli l-passat fil-passat – l-attriċi temmen li l-passat għadda u mar u wieħed ma għandux jeħel jhewden fuq dak li seta’ ġara jew ma ġarax.
  6. Apprezza l-kwalitajiet uniċi tiegħek – l-attriċi temmen li dak li jagħmilna differenti minn ħaddieħor huwa xi ħaġa pożittiva u li tagħmilna interessanti.
  7. Tibżax tkun avventuruż – Jolie temmen li fil-ħajja ma għandekx tibqa’ dejjem f’dak li ssib komdu, iżda tisfida lilek inniffsek biex tipprova affarijiet differenti.
  8. Il-ħajja hija avventura – l-attriċi tgħid li l-ħajja hija vjaġġ eċitanti u wieħed għandu dejjem ikun grat għal dak kollu li toffrilu l-ħajja.