Il-maltempata tal-lum se tkompli tippersisti matul il-ġurnata b’aktar xita, ragħad u anki silġ matul il-jum.

Għalkemm ir-riħ mhux se jkun qawwi, l-Uffiċċju xorta qed iwissi lill-pubbliku biex sat-tmienja tal-lejla jkunu avżati li l-Gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu minn ħalbiet iżolati tax-xita, xi kultat tas-silġ bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ.

Bl-ammont ta’ xita li niżlet xi toroq madwar Malta għerqu u għalhekk is-sewwieqa huma mħeġġa biex jevitaw inħawi baxxi f’Malta u anki li jsuqu b’mod aktar kawt.

Jekk iltqajt ma’ xi ħsarat ibagħtilna r-ritratti u l-filmati fuq info@newsbook.com.mt

Ritratt: MRTU