Il-film Mary Poppins Returns ġie deskritt bħala prefett minn kull aspett  “practically perfect in every way” mill-kritika wara l-premiere mondjali.

Il-premiere mondjali saret f’Los Angeles il-Ħamis u mistenni jibda jintwera fiċ-ċinema madwar id-dinja kollha fid-19 ta’ Diċembru li ġej.

Il-film joħodna fl-epoka tat-tletinijiet, li jfissru 25 sena wara ż-żmien li fuqu kien ibbażat il-film oriġinali fejn naraw l-aħwa Jane u Michael Banks isiru adulti.

L-attriċi Emily Blunt reġgħat tagħat il-ħajja lil karattru tant ikonku b’suċċess hekk kif ħafna sejħula l-għażla perfetta. Bosta stilel taċ-Ċinema inġabru ma’ Blunt u r-raġel tagħha John Krasinski għal- aventiment.

Dick Van Dyke huwa l-uniku attur li kien deher fil-film oriġinali u qed jerġa’ jidher f’dan il-film ġdid. Il-cast fenomenali jinkudi lil Meryl Streep, Julie Waters u Colin Firth.